Hudni Lura

Artisto: Bernie and Pod (Malti)
Uzanto: Ivan Farrugia
Daŭro: 130 sekundoj
Komenca paŭzo: 12 sekundoj
Tononoma sistemo: Ne definita
Sakra:
Komentoj pri tabulaturo: -

URL

Alŝutita:
2021-majo-12 07:47
Get it on Google Play

Teksto

O Żmien ħelu kif ħallejtni

Xi kultant ngħid li tradejtni

Qarrajt bija ħrabt bla waqfien

Ħudni lura mhux li kien


O Żmien ħelu kif ħallejtni

Inti ġrejt bilkemm stennejtni

Naħseb fik u f’dak iż-żmien

Ljieli twal, it-tnejn flimkien


Naħseb fik u minn xiex għaddejna

U għal mument żgur flimkien ġrejna

Kemm ġrajjiet u avventuri

Ħafna lwien, ħafna kuluri


X’kien hemm bejnietna t-tnejn?

Kif, Għaliex staqsejt?

Kemm nixtieq li għadni ħdejk


O Żmien ħelu kif ħallejtni

Xi kultant ngħid li tradejtni

Qarraqt bija ħrabt bla waqfien

Ħudni lura mhux li kien


O Żmien ħelu kif ħallejtni

Inti ġrejt bilkemm stennejtni

Naħseb fik u f’dak iż-żmien

Ġranet twal it-tnejn flimkien


Wisq memorji u tifkiriet

Nisma leħnek f’dan is-skiet

Ngħidu kelma u nħares lejk

Għala kesħu dawn idejk?


X’kien hemm bejnietna t-tnejn?

Kif, Għaliex staqsejt?

Kemm nixtieq li għadni ħdejk


O Żmien ħelu kif ħallejtni

Xi kultant ngħid li tradejtni

Qarrajt bija ħrabt bla waqfien

Ħudni lura mhux li kien


Tant ġranet, tgerbbu ljieli

Għalxejn tlabtu jistennieni

Xtaqt narana t-tnejn flimkien

Ħudni lura mhux li kien.

Komentoj