Artisto: | Knisja San Franġisk Ħamrun (Malti) |
Uzanto: | Joseph Magro |
Daŭro: | 130 sekundoj |
Komenca paŭzo: | 12 sekundoj |
Tononoma sistemo: | Bazvalorа |
Sakra: | |
Komentoj pri tabulaturo: | - |
Beat 4/4
Am E
Il-mara ħienja lejn il-għalqa tmur’,
Am E
biex tiġbor il-qamħ li ħejjielha l-Mulej,
Am Dm
u terfgħu fi ħdanha għal disgħa xhur;
Am E Am
- Hawn hi l-Qaddejja tal-Mulej!
A D
RIT: Agħmlilna l-ħobż, O Marija,
A E A
Agħmlilna l-ħobż, ħa nieklu flimkien!
Am E
Il-mara ħiemda imxiet it-triq,
Am E
lejn Betlehem, id-dar tal-ħobż,
Am Dm
u damet tagħġen il-ħobz sad-dlam:
Am E Am
- li nħema sew ma’ nofs il-lejl. R:/
Am E
Għal tletin sena ħmiet il-ħobż fil-kwiet,
Am E
Fil-forn ta’ mħabbitha u bil-ħlewwa ta’ omm,
Am Dm
Mis-sħana ta’ qalbha tat nar ħanin,
Am E Am
- u l-ħobż ħareġ isfar lewn id-deheb. R:/
Am E
Il-ħobż li ħa tletin sena nar,
Am E
ġie mwassal minn Bin il-furnara fil-belt,
Am Dm
biex jiġi mogħti b’xejn lill-Lhud,
Am E Am
- ħerqana bil-ġugħ għal ikel bnin. R:/
Am E
Għal tletin biċċa ta’ deheb bidluh,
Am E
u elf sinna taqta’ bi xfar iebsin,
Am Dm
qattghuħ f’biċċiet u qegħduh ma’ salib,
Am E Am
- x-xemx iddalmet, il-qamar swied. R:/
Am E
Meta l-furnara ratu bjad bil-mewt,
Am E
il-ħobż tal-ħajja li għaġnet bil-lejl,
Am Dm
maħtuf bħal ħrief mikulin mill-ilpup;
Am E Am
- il-mara siekta bkiet għalih. R:/