Artisto: | Knisja San Franġisk Ħamrun (Malti) |
Uzanto: | Joseph Magro |
Daŭro: | 130 sekundoj |
Komenca paŭzo: | 12 sekundoj |
Tononoma sistemo: | Bazvalorа |
Sakra: | |
Komentoj pri tabulaturo: |
Beat 4/4 Dħul |
Beat 4/4
D G D
Reġa’ sebaħ, ja Mulejja,
A
Agħti tiegħek dan il-Jum:
D G D
Lejk nittajjar bil-ħsieb tiegħi
A D
Kull filgħodu malli nqum.
A D
Fix-xemx jiddi l-ġmiel ta’ wiċċek,
A D A
Inti ssebbaħ il-ħolqien;
D
Isellmulek l-art u s-sema
A E A
Kull filgħodu bl-ogħla lsien.
D
Rit: Ja Mulejja niżżikħajr,
G A
Għaliex int tal-ħajja s-Sid:
D D7
Fik is-setgħa, fik il-ħniena,
D A D
Int fawwara ta’ kull ġid.
G D
F’dan il-lejl li għadda fuqi
A
Int ħaristni, Alla ħanin;
D G D
Int wennistni minn kull biża',
A D
Warrabt minni l-ħolm ħażin.
A D
Bħal missier f’telfa ta’ mħabba
A D A
It-taħbit ta’ qalbi smajt;
D
Xħitt is-saħħa ġewwa sidri
A E A
Ma’ kull nifs li jiena tajt. Rit:
G D
F’dan il-jum tħallix, Mulejja,
A
Li jitnissel f’qalbi d-dnub;
D G D
Inti taf li l-għadu tagħna
A D
Għandu x-xbiek dejjem minsub.
A D
Tini l-Omm tal-Iben tiegħek
A D A
Biex tħarisni mit-tiġrib,
D
U tgħallimni b’imħabbitha
A E A
Kif inħaddan is-salib. Rit: