Artisto: | Bernie and Pod (Malti) |
Uzanto: | Ivan Farrugia |
Daŭro: | 130 sekundoj |
Komenca paŭzo: | 12 sekundoj |
Tononoma sistemo: | Ne definita |
Sakra: | |
Komentoj pri tabulaturo: | - |
Qum, dur u iżfen
Int li ddawwal lejl mudlam,
int li ħajti mlejt u d-dwejjaq sar duħħan,
sakemm hawn int, noħlom ma nixba’ qatt,
sakemm hawn inti f’ħajti, żgur ma jidħol ħadd.
U issa qum, dur, iżfen u
dawwarni ma’ dar-ritmu
li jwassalna kullimkien
b’idek f’idi int u jien.
U erġa’ dur, dur għax dan hu ż-żmien
li nuru d-dinja kollha
li l-imħabba l-isbaħ fjur
li timla l-ħajja kull kulur…iżfen u dur.
Int li dewwaqtni dan il-ġmiel,
int li tħares biss biex kuntent inkun jien,
sakemm hawn int, inħossni ffortunat,
int kewkba li mis-sema, spiċċajt hawnhekk fl-art.
U issa qum, dur, iżfen u
dawwarni ma’ dar-ritmu
li jwassalna kullimkien
b’idek f’idi int u jien.
SOLO
U f’dan iż-żmien li sirna ta’ xulxin,
inti tiegħi u jien tiegħek għal dejjem magħqudin.
U issa qum, dur, iżfen u
dawwarni ma’ dar-ritmu
li jwassalna kullimkien
b’idek f’idi int u jien.
U erġa’ dur, dur għax dan hu ż-żmien
li nuru d-dinja kollha
li l-imħabba l-isbaħ fjur
li timla l-ħajja kull kulur…iżfen u dur.